Il-Liebru ta' Tehuantepec, magħruf xjentifikament bħala Lepus flavigularis huwa speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Leporidae (leporidu), fl-ordni Lagomorpha (lagomorfu), notturnu u endemiku tal-Messiku.
Din l-ispeċi tinsab biss minn Salina Cruz fl-istat ta' Oaxaca, sal-Punent estrem tal-istat ta' Chiapas, fil-Messiku. Din l-arja fil-passat jidher li kienet ta' bejn wieħed u ieħor 150 km², iżda llum iż-żieda fit-talba ta' art għall-agrikoltura qed teqred il-biċċa l-kbira ta' dan l-abitat ta' dan il-liebru.
Fil-preżent il-Liebru ta' Tehuantepec huwa ristrett għal veġetazzjoni matul ix-xmajjar żgħar, fuq ix-xtajtiet tar-ramel u l-foresti tal-arbuxxelli, li qatt ma' jaqbżu l-erba' jew il-ħames kilomentri fil-wisgħa, matul il-kosta tal-għadajjar tal-ilma mielaħ, fit-Tramuntana ma' ġenb il-golf ta' Tehuantepec.
Dan il-liebru huwa wieħed minn tmien speċi li qegħdin klassifikati fis-sottoġeneru Proeulagus u m'hemm l-ebda sottospeċi magħrufa.