dcsimg

Pika ta' Pallas ( Maltese )

provided by wikipedia emerging languages

Il-Pika ta' Pallas (Ochotona pallasi) hija speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Ochotonidae fl-ordni Lagomorpha mifruxa mal-kontinent ta' l-Asja, normalment f'ambjent muntanjuż.

Din hija speċi ta' pika komuni mifruxa fuq territorju vast u tagħmel parti mill-grupp tal-piki tat-Tramuntana li hu magħmul minn 8 speċi u miġburin fis-sottoġeneru Pika.

Il-Pika ta' Pallas għandha rata ta' riproduzzjoni għolja ħafna , minbarra li kapaċi tirriproduċi kemm il boton f'kull stagun, dawn jistgħu jkollhom minn 1 sa saħansitra 13-il żarmuġ. Is-sistema ta' riproduzzjoni tista' tvarja minn sena għal oħra skond il-popolazzjoni u t-territorji disponibbli fil-madwar.

Is-sottospeċi Ochotona pallasi pricei minħabba ċerti differenzi fl-imġieba (eż. waqt li s-sottospeċi l-oħra jgħixu qalb il-ġebel, din tħaffer il-bejta tagħha stess taħt l-art), fil-vokalizzazjoni u fir-riproduzzjoni probabilment 'il quddiem ħa tiġi meqjusa bħala speċi.

Distribuzzjoni

Din l-ispeċi mifruxa fil-kontinent ta' l-Asja, eżattament mal-Kazakistan, Mongolja, Ċina u Russja. Is-sottospeċi Ochotona pallasi sunidica qiegħda fil-periklu u Ochotona pallasi hamica fil-periklu kritiku ta' estinzjoni.

Klassifikazzjoni

Referenzi

  • Hoffmann, Robert S., Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 191-192. ISBN 0-801-88221-4.
  • Lagomorph Specialist Group (1996).Ochotona pallasi. 2006 IUCN Red List of Threatened Species. Retrieved on 12 May 2006.
license
cc-by-sa-3.0
copyright
Awturi u edituri tal-Wikipedia

Pika ta' Pallas: Brief Summary ( Maltese )