Il-Pika ta' Glover (Ochotona gloveri) hija speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Ochotonidae fl-ordni Lagomorpha u tinsab fl-Asja.
Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-piki tal-muntanji li hu magħmul minn 13-il speċi u miġburin fis-sottoġeneru Conothoa.
Il-Pika ta' Glover qiegħda klassifikata mil-"IUCN Red List of Threatened Species" bħala speċi bil-popolazzjonijiet mifruxin, stabili u mhumiex jonqsu. B'hekk din qiegħda mniżżla fi stat ta' "L-inqas ħsieb" ("Least Concern").
Din hija speċi endemika taċ-Ċina mifruxa ma' 3 territorji jew provinċi li huma Qinghai, Sichuan u Yunnan.