L-Opossum grazzjuż tal-Brażil, magħruf xjentifikament bħala Gracilinanus microtarsus, huwa mammiferu marsupjal, tat-tribù Thylamyini, fil-familja Didelphidae (didelfidu), fl-ordni Didelphimorphia (didelfimorfju) u huwa wieħed mill-opossumi ġrazzjużi, nativ tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel.
Dan l-opossum grazzjuż huwa marsupjal b' abitudni notturna (attiv bil-lejl) b' attivita minima matul il-ġurnata. Gracilinanus microtarsus jippreferi jgħix f' abitat ta' foresti subtropikali u tropiklai umdi u huwa mammiferu normalment arborju (jgħix fis-siġar), għalkemm jingħżel ma' l-art biex jiekol xi frott u jikaċċa.
L-Opossum grazzjuż tal-Brażil huwa marsupjal b' dieta omnivora, u tikkonsisti minn frott, insetti u annimali invertebrati żagħar oħra.
Gracilinanus microtarsus huwa speċi b' distribuzjoni fil-kontinent ta' l-Amerika t'isfel, mifruxa fil-Brażil u endemika ta' dan il-pajjiż u ristretta f' abitat li qiegħed jonqos drastikament.